Language of document : ECLI:EU:T:2011:691





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Novembru 2011 – Monster Cable Products vs UASI – Live Nation (Music) UK (MONSTER ROCK)

(Kawża T-216/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MONSTER ROCK – Trade mark nazzjonali preċedenti MONSTERS OF ROCK – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tal-prodotti – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 17, 53, 54)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Frar 2010 (Każ R 216/2009‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Live Nation (Music) UK Ltd u Monster Cable Products, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Monster Cable Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.