Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2013 – Moselland vs UASI – Renta Siete (DIVINUS)

(Kawża T-214/10) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DIVINUS – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MOSELLAND Divinum – Eżistenza, validità u portata tal-protezzjoni tad-dritt preċedenti – Prova”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Moselland eG – Winzergenossenschaft (Bernkastel-Kues, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Dippelhofer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Renta Siete, SL (Albacete, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Frar 2010 (Każ R 1204/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Moselland eG – Winzergenossenschaft u Renta Sieta, SL.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Frar 2010 (Każ R 1204/2009-2) hija annullata.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Moselland eG – Winzergenossenschaft marbuta mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1     ĠU C 195, 17.07.2010.