Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2013 – i-content vs UASI - Decathlon (BETWIN)

(Kawża T-514/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BETWIN – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti b’Twin – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 ”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: i-content Ltd Zweigniederlassung Deutschland (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Decathlon SA (Villeneuve d’Ascq, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1816/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Decathlon SA u i-content Ltd Zweigniederlassung Deutschland.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1816/2010 1) hija annullata f’dak li jikkonċerna l-prodotti li jaqgħu fil-klassi 28 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja: “Pixxina li tintefaħ għal użu rikrejattiv; tagħmir f’forma ta’ gaġeġ għal-logħob; annimali tal-filpa mimlija biex jingħataw il-forma; pixxini (oġġetti tal-logħob); pistoli tal-arja (ġugarelli); logħob elettroniku bi skrin tal-idejn; vetturi tal-logħob; mudelli fuq skala żgħira; unità għal logħob elettroniku tal-idejn; fixex tal-logħob; drafts (logħob); apparat għal playingfields; ġugarelli mekkaniċi; ġugarelli, bl-eċċezzjoni ta’ ġugarelli għal annimali tad-dar; logħob elettroniku tal-idejn; blalen tal-logħob; dadi (tal-logħob); oġġetti tal-karti għaċ-ċelebrazzjoni ta’ okkażjonijiet speċjali; logħob elettroniku tal-idejn; karti tal-logħob; logħob tal-pinball; tazzi (għad-dadi); ġugarelli tal-istampar; settijiet ta’ mistoqsijiet għal-logħob tal-bord; kards tat-tombla; mudelli tal-ajruplani; birilli; dominò; kalzetti tar-riħ dekorattivi; logħob tal-pinball; logħob li juru l-kapaċitajiet tiegħek u logħob ta’ azzjoni; logħob tal-bord; magni tad-divertiment awtomatiċi u mħaddma bil-muniti; logħob tal-pinball (imħaddma bil-muniti jew le); mudelli tal-ajruplani (fuq skala żgħira); logħob tal-karti; disk tal-plastika; blalen tal-logħob; logħob; tazzi għal-logħob bid-dadi; pupi; birilli; vetturi kkontrollati mill-bogħod (ġugarelli); diski tal-logħob; darts; apparat li jtajjar il-plattini; mudelli ta’ vetturi fuq skala żgħira; żurżieqi għal-logħob; magni awtomatiċi tal-logħob imħaddma bil-muniti; ċess; maskri tal-karnival; taħbil il-moħħ; ġugarelli tal-filpa mimlija biex jingħataw il-forma; logħob tal-kompjuter tal-idejn; vleġeġ (tad-darts); ajruplani bħala ġugarelli; plattini użati bħala bersall (ġugarelli); ġugarelli tal-filpa; logħob elettroniku tal-idejn; vetturi bħala ġugarell li huma mħaddma elettronikament; ġugarelli mħaddma bil-batteriji; ċipep għal-logħob tal-azzard; targits; orsijiet mimlija tal-logħob; ġugarelli li jintefħu; logħob tal-bord; bandli; tajr; mudelli ta’ vetturi fuq skala żgħira”.

Fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-21 ta’ Lulju 2010 hija annullata u l-oppożizzjoni hija miċħuda.

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 355, 03.12.2011.