Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2017 – Kwang Yang Motor vs EUIPO - Schmidt (CK1)

(Kawża T-45/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kwang Yang Motor Co., Ltd (Kaosiung, it-Tajwan) (rappreżentanti: A. González Hähnlein u A. Kleinheyer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Udo Schmidt (Reken, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CK1” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 514 956

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 2193/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________