Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Diċembru 2018 – TDH Group vs EUIPO – Comercial de Servicios Agrigan (Pet Cuisine)

(Kawża T-46/17) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva Pet Cuisiine – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea The Pet CUISINE alimento para mascotas felices Genial – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001]”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TDH Group (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: D. Chen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Comercial de Servicios Agrigan, SA (Huesca, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Għaxar Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Novembru 2016 (Każ R 685/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Comercial de Servicios Agrigan u TDH Group.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

TDH Group hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 78, 13.3.2017.