Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2019 – ADDE vs Il-Parlament

(Kawża T-48/17) 1

(“Dritt istituzzjonali – Il-Parlament Ewropew – Deċiżjoni li tiddikjara ineliġibbli ċertu nfiq ta’ partit politiku għall-finijiet ta’ sussidju għas-sena 2015 – Deċiżjoni li tagħti sussidju għas-sena 2017 u li tipprevedi l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju u l-obbligu ta’ provvista ta’ garanzija bankarja – Obbligu ta’ imparzjalità – Drittijiet tad-difiża – Regolament Finanzjarju – Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju – Regolament (KE) Nru 2004/2003 – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance for Direct Democracy in Europe ASBL (ADDE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Defalque u L. Ruessmann, sussegwentement minn M. Modrikanen u fl-aħħar minn Y. Rimokh, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Parlament tal-21 ta’ Novembru 2016 li tiddikjara ċertu nfiq ineliġibbli għall-finijiet ta’ sussidju għas-sena 2015 u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Parlament FINS-2017-13 tat-12 ta’ Diċembru 2016 dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrenti għas-sena 2017, sa fejn din id-deċiżjoni tillimita l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju suġġett għall-provvista ta’ garanzija bankarja.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Parlament tal-21 ta’ Novembru 2016 li tiddikjara ċertu nfiq ineliġibbli għall-finijiet ta’ sussidju għas-sena 2015 hija annullata.

It-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament FINS-2017-13 tat-12 ta’ Diċembru 2016 dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrenti għas-sena 2017 hija miċħuda.

Alliance for Direct Democracy in Europe ASBL u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 78, 13.3.2017.