Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta' Mejju 2008 - Kerstens vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ammissibbiltà - Organigramma - Att li jikkawża preġudizzju - Bdil tal-funzjonijiet - Interess tas-servizz - Ekwivalenza tal-postijiet - Sanzjoni moħbija - Abbuż ta' poter)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belgju) (rappreżentant: C. Mourato, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Herrmann u M. Velardo, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tat-8 ta' Diċembru 2005 tal-Kumitat ta' Tmexxija ta' l-Uffiċċju għall-amministrazzjoni u l-ħlas ta' drittijiet individwali (PMO) dwar modifika ta' l-organigramma ta' l-imsemmi Uffiċċju, safejn din id-deċiżjoni kellha bħala effett li tittrasferixxi lir-rikorrent, li dak iż-żmien kien kap ta' l-unità "Riżorsi", għal funzjoni ta' studji u ta' ppjanar bil-quddiem, u min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 2.12.2006, p. 68.