Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Ġunju 2012 - Bolloré vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-372/10) 

"Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karta saħħara - Iffissar tal-prezzijiet - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament tal-ewwel deċiżjoni - Imputazzjoni tal-ksur lill-kumpannija parent, fil-kapaċità tagħha bħala awtur dirett - Legalità tar-reati u tal-pieni - Ċertezza legali - Individwalità tal-pieni - Smigħ xieraq - Ugwaljanza fit-trattament - Terminu raġonevoli - Drittijiet tad-difiża - Multi - Preskrizzjoni - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bolloré (Ergué-Gabéric, Franza) (rappreżentanti: P. Gassenbach, C. Lemaire u O. de Juvigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls, F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament jew bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4160 finali, tat-23 ta' Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/36.212 - Karta saħħara).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bolloré hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 301, 06.11.2010