Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Novembru 2011 - Ben Ri Electrónica vs UASI - Sacopa (LT LIGHT-THECNO)

(Kawża T-143/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LT LIGHT-THECNO - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti LT - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ben Ri Electrónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A.I. Alejos Cutuli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sacopa, SAU (Sant Jaume de Llierca, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Frar 2010 (Każ R 1625/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Ben Ri Electrónica, SA u Sacopa, SA.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta' Frar 2010 (Każ R 1625/2008-4), hija annullata.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Ben-Ri Electrónica, SA.

____________

1 - ĠU C 134, 22.05.2010