Language of document : ECLI:EU:T:2011:98





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Marzu 2011 – Milux vs UASI (REFLUXCONTROL et)

(Kawżi T‑139/10, T‑280/10 sa T‑285/10 u T‑349/10 sa T‑352/10)

“Trade mark Komunitarja – Rappreżentanza tar-rikorrenti minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz – Inammissibbiltà”

Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Firma minn avukat li huwa terz fil-konfront tar-rikorrent – Kumpannija rikorrenti rrappreżentata minn avukat li huwa wkoll l-amministratur tagħha – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel, it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-Artikolu 19, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ewwel subparagrafu ta1-Artikolu 43(1)) (ara l-punti 20, 21, 25, 26)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1134/2009‑4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali REFLUXCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T‑139/10), tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1432/2009‑4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ANEURYSMCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T‑280/10), tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1433/2009‑4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali APPETITECONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T‑281/10), tat-8 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1434/2009‑4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali STOMACONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T‑282/10), tas-17 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1435/2009‑4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BMICONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T‑283/10), tat-3 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1438/200‑4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali IMPLANTCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T‑284/10), tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1444/2009‑4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CHEMOCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T‑285/10), tad-29 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1436/2009‑4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali OVUMCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T‑349/10), tat-2 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1437/2009‑4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali HEARTCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T‑350/10), tat-28 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1439/2009‑4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali VESICACONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T‑351/10), u tat-28 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1443/2009‑4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali RECTALCONTROL bħala trade mark Komunitarja (Kawża T‑352/10).

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Milux Holding SA

Trade marks Komunitarji kkonċernati:

Trade marks verbali REFLUXCONTROL, ANEURYSMCONTROL, APPETITECONTROL, STOMACONTROL, BMICONTROL, IMPLANTCONTROL, CHEMOCONTROL, OVUMCONTROL, HEARTCONTROL, VESICACONTROL u RECTALCONTROL għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Applikazzjonijiet għal trade marks Komunitarji miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appelli miċħuda


Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T‑139/10, T‑280/10 sa T‑285/10 u T‑349/10 sa T‑352/10 huma magħquda għall-finijiet tad-digriet.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.

3)

Milux Holding SA hija kkundannata għall-ispejjeż.