Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Mejju 2007 - Euro-Information vs L-UASI (CYBERBOURSE)

(Kawża T-155/07)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Européenne de traitement de l'Information (Euro-Information) (Strasburgu, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u J. Schouman, avocats)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI)

Talbiet tar-rikorrenti

L-annullament tad-deċiżjoni ta' L-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tat-28 ta' Frar 2007 u nnotifikata fit-8 ta' Marzu 2007, każ R 1046/2006-1, safejn din irrifjutat ir-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni tagħha għal trade mark Komunitarja CYBERBOURSE Nru 4 114 682 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 36 u 38;

Ir-reġistrazzjoni ta' l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja CYBERBOURSE Nru 4 114 682 għall-prodotti u servizzi kollha mitluba.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "CYBERBOURSE" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 36 u 38 (applikazzjoni Nru 4 114 682)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut tar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Caħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li, kuntrarjament għal dak li kkonstata l-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI fid-deċiżjoni kkontestata, it-trade mark tagħha hija arbitrarja u ta' karattru suffiċjentement distintiv kif mitlub mir-Regolament tal-Kunsill Nru 40/941 fir-rigward tal-prodotti u servizzi mitluba.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).