Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Awwissu 2007 - Plant et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-324/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gerry Plant (Varteg Pontypool, ir-Renju Unit), Mary Kathleen Plant (Varteg Pontypool, ir-Renju Unit), Dennis Jones (Neath, ir-Renju Unit), William Meyrick (Swansea, ir-Renju Unit), J.G. Evans (Ammanford, ir-Renju Unit), David Vivian Austin (Neath, ir-Renju Unit), D. Powell (Neath, ir-Renju Unit), James Rowland McCann (Neath, ir-Renju Unit), D. B. Diplock (Neath, ir-Renju Unit) John Phillips (Neath, ir-Renju Unit) u Richard Thomas Kingston (Swansea, ir-Renju Unit) (rappreżentant: W. Graham, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2007 fil-Każ 37037 - SWSMA;

tieħu kull azzjoni ulterjuri li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hija opportuna;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali li fuqhom qed jibbażaw ruħhom ir-rikorrenti huma l-istess bħal dawk fil-Kawża T-318/07 National Association if Licensed Opencast Operators vs Il-Kummissjoni.

____________