Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' April 2011 - Martin vs il-Kummissjoni

(Kawża T-291/10)1

"Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu għal aċċess - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata ta' rikors - Ma hemmx lok li tingħta deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anne Martin (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: U. O'Dwyer, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u C ten Dam, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti : Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant : S. Juul Jørgensen, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2010 li tirrifjuta li tagħhti lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti li jidhru fil-fajl dwar l-għajnuna mill-Isata N 654/2008, innotifikata mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq fid-19 ta' Diċembru 2008, favur Short Brothers plc.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' A. Martin.

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 234, 28.8.2010.