Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2013 – ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-47/13)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali tal-grupp ta’ funzjonijiet AD proposti għal promozzjoni fl-2012.
Talbiet tar-rikorrent
jannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Lulju 2012 Nru 63/12 tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li tikkonċerna l-lista tal-uffiċjali proposti għal promozzjoni matul is-sessjoni 2012 li fiha l-isem tar-rikorrent ma kienx inkluż kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-11 ta’ Frar 2011;
jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni u interessi moratorji u kumpensatorji bir-rata ta’ 6.75 % għad-dannu morali u materjali subit;
jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.