Rikors ippreżentat fil-25 ta' Jannar 2013 - Cezar vs UASI - Poli-Eco (Zokkli)
(Kawża T-39/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cezar Przedsiębiorstwo Produkcyjne Dariusz Bogdan Niewiński (Ełk, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Nentwig u G. Becker, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Poli-Eco Tworzywa Sztuczne sp. z o.o. (Szprotawa, il-Polonja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta' Novembru 2012 (Każ R 1512/2010-3) u
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: id-disinn jew mudell Komunitarju "zokkli", irreġistrat taħt in-Nru 70 438-0002
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità kienet ibbażata fuq nuqqas ta' novità u ta' karattru individwali skont id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 25(1)(b) u tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: id-disinn Komunitarju rreġistrat u kkontestat ġie ddikjarat bħala invalidu
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 25(1)(b), 63(1) u 62(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.
____________