Language of document : ECLI:EU:T:2011:651





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 – Esprit International vs UASI – Marc O’Polo International (Rappreżentazzjoni ta’ ittra fuq but)

(Kawża T-22/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tikkonsisti fir-rappreżentazzjoni ta’ ittra fuq but – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta ittra – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 106-108)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2009 (Każ R 1666/2008 4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Marc O’Polo International GmbH u Esprit International LP.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Esprit International LP hija kkundannata għall-ispejjeż.