Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Awissu 2008 - Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (rappreżentazzjoni ta' renna magħmula miċ-ċikkulata)

(Kawża T-337/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (Kilchberg, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: R. Lange, E. Schalast u G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta' Ġunju 2008 (każ R 780/2005-4)

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : trade mark tridimensjonali, li tirrappreżenta renna magħmula miċ-ċikkulata, għal prodotti fil-klassi 30 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 098 489)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1, safejn it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandu karattru distintiv u ma tikser l-ebda rekwiżit ta' disponibbiltà.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).