Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Diċembru 2010 - Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (forma ta' fenek magħmul miċ-ċikkulata b'żigarella ħamra)

(Kawża T-336/08) 1

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta' fenek magħmul miċ-ċikkulata b'żigarella ħamra - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (Kilchberg, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Lange, E. Schalast u G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Ġunju 2008 (Każ R 1332/2005-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta' fenek magħmul miċ-ċikkulata b'żigarella ħamra bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 260, 11.10.2008.