Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Novembru 2007 - RheinfelsQuellen H. Hövelmann vs L-UASI (VOM URSPRUNG HER VOLLKOMMEN)

(Kawża T-28/06)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja VOM URSPRUNG HER VOLLKOMMEN - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: RheinfelsQuellen H. Hövelmann GmbH & Co. KG (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Kellenter u A. Lambrecht, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċizjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-17 ta' Novembru 2005 (każ R 1179/2004-2) Uffiċċju dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali "VOM URSPRUNG HER VOLLKOMMEN" bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

RheinfelsQuellen H. Hövelmann GmbH & Co. KG hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 86, 8.04.2006.