Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2008 - Coffee Store vs UASI (THE COFFEE STORE)

(Kawża T-323/05)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali THE COFFEE STORE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94" )

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: The Coffee Store GmbH (Mannheim, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Buddeberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: l-ewwel T. Eichenberg, wara G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-15 ta' Ġunju 2005 (Każ R 855/2004-2), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali "THE COFFEE STORE" bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

The Coffee Store GmbH huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 281, 12.11.2005.