Language of document : ECLI:EU:T:2008:238





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Lulju 2008 – Apple Computer vs UASI – TKS-Teknosoft (QUARTZ)

(Kawża T-328/05)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali QUARTZ – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti QUARTZ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 56, 58-60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ April 2005 (Każ R 416/2004-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn TKS-Teknosoft SA u Apple Computer, Inc.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Apple Computer, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali QUARTZ għal prodotti fil-klassi 9 – Applikazzjoni Nru 1421130

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

TKS-Teknosoft SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark Komunitarja figurattiva QUARTZ għal prodotti fil-klassijiet 9 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni kkonfermata għall-prodotti kollha inkwistjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Apple Computer, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.