Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tas-16 ta’ Frar 2022 – L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-156/21) 1

(Rikors għal annullament – Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 – Reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta’ ksur tal-prinċipji tal-Istat tad-dritt fi Stat Membru – Bażi legali – Artikolu 322(1)(a) TFUE – Evitar allegat tal-Artikolu 7 TUE u tal-Artikolu 269 TFUE – Ksur allegat tal-Artikolu 4(1), tal-Artikolu 5(2) u tal-Artikolu 13(2) TUE kif ukoll tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: L-Ungerija (rappreżentanti: Z. Fehér u M. M. Tátrai, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. B. Majczyna u S. Żyrek, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, R. Crowe, U. Rösslein, T. Lukácsi u A. Pospíšilová Padowska, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, E. Rebasti, A. Tamás u A. Sikora-Kalėda, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, M. Jacobs u L. Van den Broeck, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn M. Søndahl Wolff u M. J. Nymann-Lindegren, sussegwentement minn M. Søndahl Wolff u V. Pasternak Jørgensen, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u R. Kanitz, aġenti), L-Irlanda (rappreżentanti: M. Browne, J. Quaney u A. Joyce, aġenti, assistiti minn D. Fennelly, BL, Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn J. Rodríguez de la Rúa Puig u S. Centeno Huerta, sussegwentement minn J. Rodríguez de la Rúa Puig u A. Gavela Llopis, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: A.-L. Desjonquères, A.‑C. Drouant u E. Leclerc, aġenti), Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: inizjalment minn A. Germeaux u T. Uri, sussegwentement minn A. Germaux, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman u J. Langer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u S. Hartikainen, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: O. Simonsson, J. Lundberg, C. Meyer-Seitz, A. Runeskjöld, H. Shev, M. Salborn Hodgson, H. Eklinder u R. Shahsavan Eriksson, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Calleja Crespo, J.–P. Keppenne, J. Baquero Cruz u A. Tokár, aġenti)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

L-Ungerija hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 138, 19.04.2021.