Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Marzu 2009 - Professional Tennis Registry vs UASI - Registro Profesional de Tenis (PTR PROFESSIONAL TENNIS REGISTRY)

(Kawża T-168/07)1

("Trade mark Komunitarja- Proċediment ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PTR PROFESSIONAL TENNIS REGISTRY - Trade mark nazzjonali u Komunitarja figurattiva preċedenti RPT Registro Profesional de Tenis, S.L. u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti RPT European Registry of Professional Tennis - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Professional Tennis Registry, Inc. (Hilton Head Island, South Carolina, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Vanhegan, u B. Brandreth, barristers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Registro Profesional de Tenis, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Zarobe, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Frar 2007, kif irrettifikata (Każ R 1050/2005-1), dwar proċediment ta' oppożizzjoni bejn Registro Profesional de Tenis, SL u Professional Tennis Registry, Inc.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta' Frar 2007, kif irrettifikata (Każ R 1050/2005-1), hija annullata.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Professional Tennis Registry, Inc.

Registro Profesional de Tenis, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 170, 21.7.2007.