Language of document : ECLI:EU:T:2011:516





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011 – Cesea Group vs UASI – Mangini & C. (Mangiami)

(Kawża T-250/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva Mangiami – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti MANGINI – Ammissibbiltà ta’ provi ġodda – Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Eżami tat-talba - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Terminu stabbilit mill-Uffiċċju - Produzzjoni ta’ provi addizzjonali wara l-iskadenza tat-terminu imma fid-dawl ta’ elementi ġodda - Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 2868/95, Artikolu 1, Regoli 22(2), u 40(6)) (ara l-punti 22, 24-27)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ April 2009, (Każ R 982/2008‑2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mangini & C. Srl u Cesea Group Srl.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta’ April 2009 (Każ R 982/2008‑2), hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.