Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Awwissu 2011 - Universal Display vs UASI (UniversalPHOLED)

(Kawża T-435/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Display Corp. (New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter u C. Lehr, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta' Mejju 2011, fil-Każ R 215/2011-2; u

tilqa' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja u tippermetti li tiġi ppubblikata;

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "UniversalPHOLED" għal prodotti fil-klassi 1 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru W01015224

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fl-evalwazzjoni tiegħu dwar il-possibbiltà ta' reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja "UniversalPHOLED".

____________