Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 – Europäisch-Iranische Handelsbank vs Il-Kunsill

(Kawża T-434/11) 1

“Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Europäisch-Iranische Handelsbank AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Ashley, S. Gadhia, solicitors, H. Hohmann, avukat, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley, barrister, sussegwentement S. Ashley, H. Hohmann, D. Wyatt, R. Blakeley, S. Jeffrey u A. Irvine, solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Partijiet konvenuti in sostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Paasivirta u S. Boelaert, sussegwentement E. Paasivirta u M. Konstantinidis, aġenti), u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi-Spencer, A. Robinson u C. Murrell, aġenti, assistiti minn J. Swift, QC, u R. Palmer, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 65), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 26), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), ir-raba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u, il-ħames nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.DispożittivIr-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huma annullati sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Europäisch-Iranische Handelsbank AG.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Europäisch-Iranische Handelsbank għandha tbati, minbarra tlieta minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħha, it-tlieta minn ħames partijiet tal-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Il-Kunsill għandu jbati, minbarra tnejn minn ħames partijiet tal-ispejjeż tiegħu, it-tnejn minn ħames partijiet tal-ispejjeż sostnuti minn Europäisch-Iranische Handelsbank.Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.