Language of document : ECLI:EU:T:2012:210





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-2 taʼ Mejju 2012 — Universal Display vs UASI (UniversalPHOLED)

(Kawża T-435/11)

“Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali UniversalPHOLED — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks komposti esklużivament minn sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 20-26, 30, 31, 39, 40)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 taʼ Mejju 2011 (Każ R 215/2011-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali UniversalPHOLED bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Universal Display Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.