Language of document : ECLI:EU:T:2013:441

Kawża T‑437/11

Golden Balls Ltd

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern
(Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOLDEN BALLS — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BALLON D’OR — Xebh tas-sinjali — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Talba għal annullament imressqa mill-intervenjenti — Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell — Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar l-appell kollu — Artikolu 8(5), Artikolu 64(1) u Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla)
tas-16 ta’ Settembru 2013

1.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

2.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

3.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Natura komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

4.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

5.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali GOLDEN BALLS u BALLON D’OR

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)u (5))

6.      Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju — Eżami mill-Bord tal-Appell — Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(1) u l-Artikolu 76(1))

7.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Rabta bejn it-trade marks

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 20-22, 53, 54)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 23)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 29)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 32, 33)

5.      Ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni għall-konsumatur medju tal-Unjoni Ewropea, fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja, bejn is-sinjal verbali GOLDEN BALLS li ntalbet ir-reġistrazzjoni tiegħu bħala trade mark Komunitarja għal prodotti fil-klassijiet 16, 21 u 24 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, u t-trade mark BALLON D’OR li ġie rreġistrat preċedentement bħala trade mark Komunitarja għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 18, 25, 28, 38 u 41 fis-sens ta’ dan il-ftehim. Fil-fatt, minħabba fil-lingwi differenti tas-sinjali kunfliġġenti, distinzjoni ċara bejniethom hija stabbilita sabiex il-konsumatur medju ma jassoċjahomx immedjatament mingħajr ma jagħti bidu għal proċess intellettwali ta’ traduzzjoni.

Anki minħabba l-identiċità tal-prodotti fil-klassi 16, ix-xebh kunċettwali ta’ livell baxx, jew baxx ħafna, li jeħtieġ traduzzjoni minn qabel, ma huwiex suffiċjenti sabiex jagħmel tajjeb għad-differenzi viżivi u fonetiċi eżistenti. F’dan il-kuntest, huwa minnu li jirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita, li ma huwiex eskluż li sempliċi xebh kunċettwali bejn iż-żewġ it-trade marks jista’ joħloq probabbiltà ta’ konfużjoni fil-każ ta’ xebh tal-prodotti, sakemm, madankollu, it-trade mark preċedenti għandha karattru distintiv qawwi. Iżda huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li tali karattru distintiv partikolari tat-trade mark BALLON D’OR f’dan il-każ ma ġiex stabbilit f’dak li jirrigwarda l-prodotti kkonċernati. Barra minn hekk, anki jekk jitqies li din it-trade mark għandha karattru distintiv qawwi, u dan waqt li wieħed jikkunsidra l-karattru identiku tal-prodotti inkwistjoni, ix-xebh kunċettwali ta’ livell baxx ħafna, li jeħtieġ traduzzjoni minn qabel, ma jistax, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża, ikun biżżejjed biex waħdu joħloq probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku kkonċernat.

F’dak li jirrigwarda l-prodotti koperti mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fil-klassijiet 21 u 24, li huma differenti minn dawk koperti mit-trademark preċedenti, is-sinjali kunfliġġenti huma nieqsa mix-xebh meħtieġ għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.

(ara l-punti 58-60, 72, 73)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 69)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 71)