Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Marzu 2012 - Verus vs UASI - Performance Industries Manufacturing (VORTEX)

(Kawża T-104/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verus Eood (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentant: S. Vykydal avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Performance Industries Manufacturing, Inc. (Odessa, Florida, l-Istati Uniti)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta' Diċembru 2011 fil-Każ R 512/2011-4, VORTEX/VORTEX, u tirrinvija l-każ lura quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Performance Industries Manufacturing Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "VORTEX" għal prodotti fil-klassijiet 7 u 12 (Applikazzjoni Nru 5 375 324)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja "VORTEX" irreġistrata għal servizzi fil-klassijiet 35 u 39 (Trade mark Nru 5 514 104)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(2)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________