Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Mejju 2013 - Verus vs UASI - Performance Industries Manufacturing (VORTEX)

(Kawża T-104/12) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VORTEX - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VORTEX - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenża ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt ta' prijorità - Artikolu 29 tar-Regolament Nru 207/2009 - Ċessjoni parzjali - Artikolu 50 tar-Regolament Nru 207/2009 - Ksur tad-dritt għal smigħ - It-tieni frażi tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verus Eood (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: inizjalment S. Vykydal, sussegwentement F. Henkel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Performance Industries Manufacturing, Inc. (Odessa, Florida, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta' Diċembru 2011 (Każ R 512/2011-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Verus Eood u Performance Industries Manufacturing Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Verus Eood hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 157, 02.06.2012.