Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2016 – T & L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-103/12) 1

[“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Agrikultura – Zokkor – Miżuri eċċezzjonali – Provvista tas-suq tal-Unjoni – Sena tas-suq 2011/2012 – Regola tad-dritt li għandha bħala għan li tagħti drittijiet lill-individwi – Ksur suffiċjentement serju – Regolament (KE) Nru 1234/2007 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Proporzjonalità – Ċertezza legali – Aspettativi leġittimi – Dmir ta’ diliġenza u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: T & L Sugars Ltd (Londra, ir-Renju Unit), Sidul Açúcares, Unipessoal Lda (Santa Iria de Azóia, il-Portugall) (rappreżentanti: inizjalment minn D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor, sussegwentement minn D. Waelbroeck)

Intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: DAI – Sociedade de Desenvolvimento Agro-Industrial, SA (Coruche, il-Portugall) (rappreżentanti : M. Mendes Pereira, avukat), RAR – Refinarias de Açúcar Reunidas, SA (Porto) (rappreżentanti: M. Mendes Pereira, avukat), Lemarco SA, (Bucharest, ir-Rumanija), Lemarco Cristal Srl (Urziceni) et Zaharul Liesti SA (Lieşti) (rappreżentanti : L.-I. Van de Waart u D. Gruia Dufaut, avukati) u SFIR Società Fondiaria Industriale Romagnola SpA (Cesena, l-Italja) u SFIR Raffineria di Brindisi SpA (Cesena) (rappreżentanti: P. Buccarelli u M. Todino, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Rossi u N. Donnelly, sussegwentement P. Rossi u P. Ondrůšek, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sitbon u A. Westerhof Löfflerová, aġenti) u Kumitat Ewropew tal-fabbrikanti taz-zokkor (CEFS) (Brussell, il-Belġju) (représentant : C. Pitschas, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża li tikseb l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011, tat-30 ta’ Novembru 2011, li jiftaħ sejħa permanenti għat-tressiq ta’ offerti għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b’dazju doganali mnaqqas għas-sena tas-suq 2011/2012 (ĠU L 318, p. 4), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1240/2011, tat-30 ta’ Novembru 2011, li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012 (ĠU L 318, p. 9), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1281/2011, tat-8 ta’ Diċembru 2011, dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 327, p. 60), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1308/2011, tal-14 ta’ Diċembru 2011, li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta’ zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012 (ĠU L 332, p. 8), Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1316/2011, tal-15 ta’ Diċembru 2011, dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għat-tieni stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 334, p. 16), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1384/2011, tat-22 ta’ Diċembru 2011, dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għat-tielet stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 343, p. 33), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 27/2012, tat-12 ta’ Jannar 2012, dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għar-raba’ stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 9, p. 12), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 57/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jissuspendi l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 19, p. 12) u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li tikseb kumpens tad-dannu li r-rikorrenti allegatament soffrew minħabba l-adozzjoni ta’ dawn l-atti u r-rifjut tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri neċessarji biex tistabbilixxi mill-ġdid il-provvisti taż-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

T & L Sugars Ltd u Sidul Açúcares, Unipessoal Lda huma kkundannati li jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, DAI – Sociedade de Desenvolvimento Agro-Industrial, SA, RAR – Refinarias de Açúcar Reunidas, SA, Lemarco SA, Lemarco Cristal Srl, Zaharul Liesti SA, SFIR Società Fondiaria Industriale Romagnola SpA u SFIR Raffineria di Brindisi SpA kif ukoll il-Kumitat Ewropew tal-fabbrikanti taz-zokkor (CEFS) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1 ĠU C 151, 26.5.2012.