Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2013 – Groupe Léa Nature vs UASI – Debonaire Trading (SO'BiO ētic)

(Kawża T-341/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Groupe Léa Nature (Périgny, Franza) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Debonaire Trading Internacional, Lda (Funchal, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara r-rikors ammissibbli

tannulla d-Deċiżjoni R 203/2011-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-26 ta’ Marzu 2013, innotifikata fit-18 ta’ April 2013;

tikkundanna lil DEBONAIRE TRADING INTERNACIONAL LDA u lill-UASI sabiex kull wieħed minnhom ibati l-ispejjeż tiegħu sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SO'BiO ētic”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 24 u 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 827 281Proprjetarja tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet ta’ trade mark Komunitarja u reġistrazzjonijiet ta’ trade mark tar-Renju Unit tat-trade mark verbali “SO..?” et al., għal prodotti fil-klassijiet 3 u 25Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni kkontestata annullata u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja fir-rigward tal-prodotti fil-klassijiet 3 u 25 li għalihom saret l-applikazzjoni miċħudaMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.