Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2017 – Groupe Léa Nature vs EUIPO – Debonair Trading Internacional (SO’BiO ētic)

(Kawża T-341/13) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SO’BiO ētic – Trade mark tal-Unjoni Ewropea u trade mark nazzjonali verbali preċedenti SO… ? – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ħsara għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Groupe Léa Nature SA (Périgny, Franza) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Debonair Trading Internacional Lda, (Funchal, il-Portugal) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 203/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Debonair Trading Internacional Lda u Groupe Léa Nature SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Groupe Léa Nature SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u mill-intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

____________

1 ĠU C 260, 7.9.2013.