Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta' Ottubru 2008 - Ortega Serrano vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-48/08)1

(Servizz Pubbliku - Inammissibbiltà manifesta - Impossibbiltà ta' rappreżentazzjoni tar-rikorrent minn avukat li mhuwiex terza persuna - Għajnuna legali -Talba għal intervent)

Lingwa tal-kawża:L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Antonio Ortega Serrano (Cádiz, Spanja) (rappreżentant: A. Ortega Serrano, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Herrmann u L. Lozano Palacios, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05, li tirrifjuta lir-rikorrent jitniżżel fil-lista ta' riżerva u li tistabbilixxi data ġdida għall-prova orali.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

It-talba sussidjarja ta' A. Ortega Serrano sabiex jiġi awtorizzat jirregolarizza r-rikors tiegħu hija miċħuda.

A. Ortega Serrano huwa kkundanndat għall-ispejjeż.

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relatati mat-talba għal intervent.

It-talba għal għajnuna legali, fil-Kawża F-48/08 AJ, Ortega Serrano vs Il-Kummissjoni, hija miċħuda.

____________

1 - ĠU C 171, 05.07.2008, p. 52.