Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2014 – Sephora vs UASI - Mayfield Trading (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji vertikali)

(Kawża T-320/14)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sephora (Boulogne Billancourt, Franza) (rappreżentant: H. Delabarre, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mayfield Trading Ltd (Las Vegas, l-Istati Uniti)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-24 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 1577/2013-4;

tilqa’ l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 10 214 773 ppreżentata fl-24 ta’ Awwissu 2011 mill-kumpannija Mayfield Trading Ltd, għal prodotti tal-klassi 03 “Prodotti ta’ fwejjaħ; xama’ għat-tqaxxir tax-xahar tal-ġisem; żjut essenzjali; spapen; kożmetiċi; kremi kożmetiċi; kaxex mimlija kożmetiċi; Prodotti depilatorji u għat-tqaxxir; ilma depilatorju; ġell depilatorju; lozzjonijiet kapillari; dentifriċi”, u għas-servizzi fil-klassijiet 35 “Bejgħ ta’ sapun; prodotti ta’ fwejjaħ; kremi; żjut essenzjali; kożmetiċi; xama’ għat-tqaxxir tal-ġisem; ilma depilatorju; ġell depilatorju u prodotti oħra relatati”, u 45 “Kura għall-iġjene u għall-isbuħija tal-bnedmin u tal-annimali; servizzi ta’ tqaxxir u trattamenti ta’ sbuħija”.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Parti rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tirrappreżenta żewġ linji vertikali għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 3, 35 u 44 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 214 773

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Parti rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark figurattiva nazzjonali u internazzjonali li tirrappreżenta linja vertikali għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Ċaħda tal-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 75 u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009