Language of document :

Appell ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2023 minn Ferriere Nord SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-667/19, Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-31/23 P)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Ferriere Nord SpA (rappreżentanti: W. Viscardini, G. Donà, B. Comparini, avvocati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

prinċipalment, tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-667/19, sa fejn din ċaħdet it-talba prinċipali ta’ Ferriere Nord intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4969 final tal-4 ta’ Lulju 2019;

konsegwentement, tannulla dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni;

b’mod sussidjarju, tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Novembru 2022 fil-Kawża T-667/19, sa fejn din ċaħdet it-talba sussidjarja ta’ Ferriere Nord intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 4969 final tal-4 ta’ Lulju 2019 u, għaldaqstant, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa;

konsegwentement, tannulla parzjalment dik id-deċiżjoni u, għaldaqstant, tagħti tnaqqis tal-multa;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

(A)     Aggravji tal-appell intiżi għall-annullament sħiħ tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn din ċaħdet il-motivi ta’ Ferriere Nord intiżi għall-annullament sħiħ tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2019

I    Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dispożizzjonijiet applikabbli (Artikolu 266 TFUE, Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“Karta”); Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”); Artikoli 14 u 27 tar-Regolament Nru 1/2003 1 ; Artikoli 11, 12, 13 u 14 tar-Regolament Nru 773/2004 2 ) għal dak li jirrigwarda s-seduta tat-23 ta’ April 2018 u l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv – Ksur tal-prinċipju tal-preżunzjoni ta’ innoċenza – Assenza ta’ eżami ta’ provi u fi kwalunkwe każ assenza ta’ motivazzjoni f’dan ir-rigward – Żnaturament manifest, li jidher mill-elementi tal-proċess, tal-fatti u tal-provi – Nuqqas ta’ motivazzjoni – Evalwazzjonijiet arbitrarji.

II    Ksur tal-prinċipju tat-tul raġonevoli tal-proċedura – Ksur tad-drittijiet tad-difiża (Artikoli 41 u 47 tal-Karta; Artikolu 6 tal-KEDB) – Żnaturament manifest, li jirriżulta mill-proċess, mill-fatti u mill-provi – Nuqqas ta’ motivazzjoni.

III    Motivazzjoni vvizzjata jew żbaljata dwar ir-raġunijiet għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura u tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ sanzjoni (Artikoli 7 u 23 u tar-Regolament Nru 1/2003) – Eċċess ta’ poter – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Ksur tal-Artikoli 41 u 47 tal-Karta u tal-Artikolu 6 tal-KEDB – Nuqqas ta’ motivazzjoni – Żieda inammissibbli ta’ motivi – Assenza ta’ evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Inverżjoni tal-oneru tal-prova.

IV    Ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem (Artikolu 50 tal-Karta).

V    Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003, imqajma skont l-Artikolu 277 TFUE (Artikoli 41 u 47 tal-Karta; Artikolu 6 tal-KEDB; Artikolu 5 TUE) – Tmiem tas-setgħa ta’ konstatazzjoni u ta’ sanzjoni (Artikoli 7 u 23 tar-Regolament Nru 1/2003).

(B)    Aggravji tal-appell intiżi għall-annullament parzjali tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn din ċaħdet il-motivi ta’ Ferriere Nord intiżi għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2019 u, għaldaqstant, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa.

VI    Illegalità taż-żieda tal-multa għal reċidività minħabba ksur tad-drittijiet tad-difiża (Artikoli 41, 47 u 48 tal-Karta; Artikolu 6 tal-KEDB; Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003; Artikolu 11 tar-Regolament Nru 773/2004) – Nuqqas ta’ eżami tal-provi u fi kwalunkwe każ nuqqas ta’ motivazzjoni f’dan ir-rigward – Żnaturament manifest, li jidher mill-atti, mill-fatti u mill-provi. Nuqqas ta’ motivazzjoni

VII    Illegalità taż-żieda tal-multa għal reċidività minħabba raġunijiet oħrajn – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Ammont eċċessiv – Nuqqas ta’ motivazzjoni.

VIII    Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fit-tnaqqis tal-ammont tal-multa għal ċirkustanzi attenwanti. Motivazzjoni tardiva.

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

1 Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81).