Language of document : ECLI:EU:T:2015:387

Kawża T‑660/11

Polytetra GmbH

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

(Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali POLYTETRAFLON — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti TEFLON — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Prodott finali li jintegra komponent — Użu tat-trade mark preċedenti fir-rigward tal-prodotti finali ta’ terz — Obbligu ta’ motivazzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2015

1.      Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75)

2.      Rikors għal annullament — Motivi — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Eżami ex officio mill-qorti

(Artikolu 263 TFUE)

3.      Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3))

4.      Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

5.      Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, premessa 10, Artikoli 42(2) u (3) u 78(1)(f); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Regola 22(3) u (4))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 18)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 19)

3.      Hija vvizzjata minn insuffiċjenza ta’ motivazzjoni deċiżjoni li, minn naħa, tikkonkludi li kien sar użu ġenwin ta’ trade mark preċedenti fis-sens tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u, min-naħa l-oħra, ma tippreċiżax sa fejn il-provi prodotti jsostnu din il-konklużjoni fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew mis-servizzi jew kull waħda mill-kategoriji ta’ prodotti jew ta’ servizzi li għalihom dan l-użu ġie rrikonoxxut. Din id-dispożizzjoni timponi fuq il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) li jistabbilixxi konnessjoni bejn il-prodotti jew servizzi li għalihom iqis li ntwera użu ġenwin u t-totalità jew parti mill-prodotti jew servizzi li għalihom l-imsemmija trade mark hija rreġistrata, sabiex issir possibbli l-evalwazzjoni ulterjuri ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.

Nuqqas ta’ preċiżjoni f’dan ir-rigward f’deċiżjoni tal-Uffiċċju jagħmel b’mod partikolari impossibbli l-istħarriġ tal-applikazzjoni mill-Bord tal-Appell tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009. Fil-fatt, jirriżulta mill-Artikolu 42(2) u (3) ta’ dan ir-regolament li, jekk trade mark ġiet irreġistrata għal kategorija ta’ prodotti jew ta’ servizzi suffiċjentement wiesgħa li fiha jistgħu jiġu identifikati diversi sottokategoriji li jistgħu jiġu kkunsidrati b’mod awtonomu, il-prova tal-użu ġenwin tat-trade mark għal parti minn dawn il-prodotti jew ta’ dawn is-servizzi twassal biss għall-protezzjoni, fi proċedimenti ta’ oppożizzjoni, għal dik jew dawk is-sottokategoriji li l-prodotti jew servizzi li għalihom it-trade mark ġiet effettivament użata jaqgħu taħthom. Min-naħa l-oħra, jekk trade mark ġiet irreġistrata għal prodotti jew għal servizzi ddefiniti b’mod tant preċiż u dejjaq li ma huwiex possibbli li jsiru diviżjonijiet sinjifikattivi fil-kategorija kkonċernata, il-prova tal-użu ġenwin tat-trade mark għall-imsemmija prodotti jew servizzi tkopri neċessarjament din il-kategorija kollha għall-finijiet tal-oppożizzjoni.

Għalhekk, huwa l-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju li għandu jevalwa, fil-każ li l-prova tal-użu hija prodotta biss għal parti mill-prodotti jew mis-servizzi li jaqgħu taħt kategorija li għaliha t-trade mark preċedenti hija rreġistrata u li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni, jekk din il-kategorija tinkludix sottokategoriji awtonomi li taħthom jaqgħu l-prodotti u s-servizzi li għalihom jintwera l-użu, b’mod li għandu jitqies li l-imsemmija prova ġiet prodotta biss għal din is-sottokategorija ta’ prodotti jew ta’ servizzi jew, min-naħa l-oħra, jekk tali sottokategoriji ma humiex konċepibbli.

(ara l-punti 23-25)

4.      Fl-assenza ta’ raġunijiet suffiċjenti li jippermettu li tiġi eżaminata l-legalità tagħha, ma hijiex il-Qorti Ġenerali li għandha twettaq analiżi bbażata fuq il-motivi li ma jirriżultawx mid-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, huwa l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) li għandu jinvestiga l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja u li jieħu deċiżjoni dwarha. Sussegwentement, hija l-Qorti Ġenerali li għandha teżerċita, jekk ikun il-każ, stħarriġ ġudizzjarju tal-evalwazzjoni li l-Bord tal-Appell ikun wettaq fid-deċiżjoni adottata, abbażi tal-motivi invokati minnu insostenn tal-konklużjoni tiegħu. Għall-kuntrarju, ma hijiex il-Qorti Ġenerali li għandha tissostitwixxi lill-UASI fl-eżerċizzju tal-kompetenzi mogħtija lil dan tal-aħħar mir-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.

(ara l-punt 34)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 42-48, 94)