Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-5 ta’ Frar 2016 – Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas

(Kawża C-64/16)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Associação Sindical dos Juízes Portugueses

Konvenut: Tribunal de Contas

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-ħtiġijiet ta’ eliminazzjoni tad-defiċit baġitarju eċċessiv, u tal-assistenza finanzjarja rregolata bid-dispożizzjonijiet Ewropej, il-prinċipju ta’ indipendenza ġudizzjarja, hekk kif jirriżulta mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea 1 , u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Europea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-miżuri ta’ tnaqqis fir-remunerazzjoni li għalih huma suġġetti l-membri tal-ġudikatura fil-Portugall, fil-każ ta’ impożizzjoni unilaterali minn awtoritajiet jew korpi kostituzzjonali oħra u b’mod kontinwu, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 75/2014 tat-12 ta’ Settembru?

____________

1 ĠU C 326, p. 391.