Language of document :

Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2020 minn Laboratorios Ern, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-5 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-51/19 – Laboratorios Ern vs EUIPO – SBS Bilimsel Bio Çözümler (apiheal)

(Kawża C-667/20 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Laboratorios Ern, S.A. (rappreżentanti: T. González Martínez u R. Guerras Mazón, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret AŞ

Permezz ta’ digriet tat-18 ta’ Marzu 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li ma taċċettax l-appell u li Laboratorios Ern għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________