Language of document : ECLI:EU:T:2014:235





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ April 2014 – Tisza Erőmű vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑468/08)

“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi lil ċerti produtturi tal-elettriku – Ftehimiet ta’ xiri ta’ elettriku konklużi bejn impriża pubblika u ċerti produtturi tal-elettriku – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Vantaġġ – Natura selettiva – Riżorsi tal-Istat – Imputabbiltà lill-Istat - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Drittijiet tad-difiża – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità – Eċċess ta’ poter – Artikolu 10 tat-Trattat fuq il-karta tal-enerġija”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni – Adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid mal-Unjoni Ewropea – Data rilevanti għall-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ miżura mas-suq komuni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 63, 64, 86)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punt 65)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Adeżjoni ta’ Stat Membru ġdid mal-Unjoni Ewropea – Distinzjoni skont ir-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni – Possibbiltà li miżura li inizjalment ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat tiġi kklassifikata bħala għajnuna ġdida – Kundizzjonijiet vantaġġjużi mogħtija lil ċerti produtturi tal-elettriku Ungeriżi – Klassifikazzjoni bħala għajnuna ġdida (Artikoli 87(1) KE u 88(1) u 3 KE; Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness IV; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 1) (ara l-punti 70, 72, 73, 75, 78-82)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni ekonomika kumplessa – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Ftehimiet ta’ xiri ta’ elettriku fuq terminu twil li jiggarantixxu lill-produtturi tal-elettriku kwantità ta’ xiri minima għal prezz li jkopri l-ispejjeż fissi, varjabbli u ta’ kapital – Inklużjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 84, 85, 91, 92, 96-100, 102, 104, 105)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat – Implementazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-metodu indikat mill-Kummissjoni – Konsegwenza – Benefiċjarju tal-vantaġġ li ma għandu ebda ammont x’jirrimborsa – Distinzjoni bejn l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni u l-irkupru ta’ din l-għajnuna (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 134-138, 140-143)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Differenzazzjoni bejn impriżi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 159, 160)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għajnuna mogħtija minn impriża pubblika – Impriża kkontrollata mill-Istat – Imputabbiltà awtomatika lill-Istat tal-miżura ta’ għajnuna – Esklużjoni – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ numru ta’ indizji (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 167-170)

8.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Settur li kien suġġett għal liberalizzazzjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 181-183)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proċedura amministrattiva – Dritt għal smigħ tal-persuni interessati – Limiti (Artikolu 88(2) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 20(1)) (ara l-punti 206-210)

10.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis – Adeżjoni tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea – Att ta’ Adeżjoni – Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-Għajnuna mill-Istat sa mid-data tal-adeżjoni u biss fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet li jirriżultaw minn din id-data – Ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali – Assenza (Artikoli 87 KE u 88 KE; Att ta’ Adeżjoni tal-2003) (ara l-punti 220, 221, 223, 225-227)

11.                     Kompetizzjoni – Applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni – Ugwaljanza fit-trattament bejn impriżi pubbliċi u privati – Sistema ta’ proprjetà pubblika – Assenza ta’ effett (Artikoli 86(1) KE, 87(1) KE u 295 KE) (ara l-punti 235-237, 239, 241)

12.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Differenza bejn l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni u r-rilevanza fil-mertu tal-motivazzjoni ta’ deċiżjoni (Artikoli 88(2) KE u 253 KE) (ara l-punti 244, 260, 263)

13.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni – Portata – Għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali – Inklużjoni – Esklużjoni tal-għajnuna operazzjonali tal-impriżi ħlief f’każijiet eċċezzjonali (Artikolu 87(3)(a) u (ċ) KE; Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 2006/C 54/13 u 2008/C 82/01) (ara l-punti 268-273, 275)

14.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-ħlas lura tagħha – Possibbiltà għall-Kummissjoni li tħalli lill-awtoritajiet nazzjonali l-inkarigu li jikkalkolaw l-ammont preċiż li għandu jitħallas lura – Indikazzjoni ta’ metodoloġija ta’ rimbors fid-deċiżjoni finali – Kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat abbażi ta’ simulazzjoni tas-suq – Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – Assenza (Artikolu 88 KE) (ara l-punti 284, 286, 287, 291, 292, 296, 297, 299)

15.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Artikolu 88(2) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu14(1)) (ara l-punti 308, 311, 312, 315, 317)

16.                     Dritt internazzjonali pubbliku – Prinċipji – Bona fides – Dritt Komunitarju – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Adozzjoni ta’ att Komunitarju li jmur kontra ftehim internazzjonali li għadu ma daħalx fis-seħħ, iżda li l-istrument ta’ approvazzjoni tiegħu ġie ddepożitat mill-Komunità (Trattat fuq il-karta tal-enerġija tal‑1994) (ara l-punt 321)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/609/KE, tal‑4 ta’ Ġunju 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 41/05 mogħtija mill-Ungerija permezz ta’ ftehimiet għax-xiri tal-enerġija (ĠU 2009, L 225, p. 53).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tisza Erőmű kft għandha tbati l-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.