Language of document : ECLI:EU:T:2008:621





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Diċembru 2008 – AES‑Tisza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-468/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mir-Repubblika tal-Ungerija lil ċerti produtturi tal-elettriku fil-forma ta’ arranġamenti għax-xiri tal-elettriku – Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva (Artikoli 225 KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 10-13)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 28, 29, 35-39, 42, 45-47)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li prima facie jiġġustifikaw l-għoti tal-miżuri mitluba (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 104(2) u (3), u 109) (ara l-punti 30, 31)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Deċiżjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat (Artikoli 88(2) KE u 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2); Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 7) (ara l-punti 61, 62)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 2223 finali tal-4 ta’ Ġunju 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika tal-Ungerija fil-forma ta’ arranġamenti għax-xiri tal-elettriku.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.