Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2008 - Zeta Europe vs UASI (Superleggera)
(Kawża T-464/08)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Zeta Europe B.V. (Het Ambacht, L-Olanda) (rappreżentanti: V. Bilardo, avukat, C. Bacchini, avukat, M. Mazzitelli, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta' Lulju 2008 fil-Każ R0666/2008-1 mogħtija fir-rigward tar-rikorrenti,
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark imħallta "Superleggera" (Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5.456.207), għal prodotti fil-klassijiet 12, 18 u 25.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Rifjut tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, wara li ġie stabbilit li t-trade mark inkwistjoni huwa kompost mill-aġġettiv "superleggera" u li b'hekk dan jiġi mifhum bħala indikazzjoni deskrittiva tal-piż tal-prodotti.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: Il-ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll tal-Artikoli 73 u 74 tiegħu.
____________