Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Diċembru 2008 - AES-Tisza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-468/08 R)
("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mir-Repubblika tal-Ungerija lil ċerti produtturi tal-enerġija elettrika fil-forma ta' arranġamenti għax-xiri tal-elettriku - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ibbilanċjar tal-interessi")
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AES-Tisza Erőmű kft (AES-Tisza kft) (Tiszaújváros, l-Ungerija) (rappreżentanti: T. Ottervanger u E. Henny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn, N. Khan u K. Talabér-Ritz, aġenti)
Suġġett
Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2223 finali tal-4 ta' Ġunju 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika tal-Ungerija fil-forma ta' arranġamenti għax-xiri tal-elettriku.
Dispożittiv
It-talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.
L-ispejjeż huma rriżervati.
____________