Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' April 2011 - Lancôme vs UASI - Focus Magazin Verlag (ACNO FOCUS)
["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ACNO FOCUS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FOCUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009)"]
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lancôme parfums et beauté & Cie (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u J. Pagenberg, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Focus Magazin Verlag GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Schweizer u J. Berlinger, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta' Lulju 2008 (Każ R 1796/2007-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Focus Magazin Verlag GmbH u Lancôme parfums et beauté & Cie.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Lancôme parfums et beauté & Cie hija kkundannat għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 6, 10.1.2009.