Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2011 - Kwang Yang Motor vs UASI - Honda Giken Kogyo (Magna b'kombustjoni interna)

(Kawża T-11/08) 1

["Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta magna b'kombustjoni interna - Disinn nazzjonali preċedenti - Motiv għal invalidità - Nuqqas ta' karattru individwali - Karatteristiċi viżibbli ta' parti minn prodott kumpless - Nuqqas ta' impressjoni globali differenti - Utent informat - Grad tal-libertà tad-disinjatur - Artikoli 4 u 6 kif ukoll l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kwang Yang Motor Co., Ltd (Kaohsiung, Tajwan) (rappreżentanti: P. Rath, W. Festl-Wietek u M. Wetzel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: T. Musmann, H. Timmann, M. Büttner u S. von Petersdorff-Campen, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tat-8 ta' Ottubru 2007, tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI (Każ R 1380/2006-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità ta' disinn Komunitarju bejn Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha u Kwang Yang Motor Co., Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kwang Yang Motor Co., Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 64, 08.03.2008.