Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Mejju 2009 - M vs EMEA

(Kawża T-12/08 P)1

("Appell - Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Invalidità - Talba għal eżami mill-ġdid ta' deċiżjoni li ċaħdet l-ewwel talba għall-konvokazzjoni tal-kummissjoni ta' invalidità - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att konfermatorju - Fatti ġodda u sostanzjali - Ammissibbiltà - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu morali")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: M (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avocats)

Appellata: Agence européenne des médicaments (EMEA) (rappreżentant: V. Salvatore u N. Rampal Olmedo, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-19 ta' Ottubru 2007, M vs EMEA (F-23/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-19 ta' Ottubru 2007, M vs EMEA (F-23/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), huwa annullat.

Id-deċiżjoni tal-Agence européenne des médicaments (EMEA) tal-25 ta' Ottubru 2006 hija annullata, inkwantu din ċaħdet it-talba ta' M tat-8 ta' Awwissu 2006 intiża sabiex il-każ tiegħu jitressaq quddiem il-kummissjoni ta' invalidita.

L-EMEA hija kkundannata tħallas kumpens ta' EUR 3 000 lill-appellant.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-EMEA hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll għal dawk ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 64, 8.3.2008