Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 – Mische vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-70/05) 1

(Servizz pubbliku – Ħatra – Kandidat li għadda minn kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda iżda ffinalizzata wara dan id-dħul fis-seħħ – Klassifikazzjoni fi grad b’applikazzjoni tar-regoli l-ġodda li huma inqas favorevoli)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Harald Mische (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment G. Vandersanden u L. Levi, avukati, sussegwentement R. Holland, B. Maluch u J. Mische, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u M. Simm, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad A*6 wara kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda iżda ffinalizzata wara din id-data, skont id-dispożizzjonijiet inqas favorevoli ta’ dawn ir-Regolamenti (Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, parti intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 229, 17.09.2005, p. 35 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-288/05 u ttrasferita lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b’digriet tal-15.12.2005.