Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-44/11) 1

(“FAEGG – Taqsima Garanzija – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Għajnuna għall-produzzjoni ta’ trab tal-ħalib xkumat – Irregolaritajiet jew negliġenza attribwibbli lill-awtoritajiet amministrattivi jew organi tal-Istati Membri – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Terminu raġonevoli”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn L. Ventrella u G. Fiengo, avukati tal-Istat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 288, p. 24), sa fejn teskludi ċertu nfiq li sar mir-Repubblika Taljana.DispożittivIr-rikors huma miċħud. Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 80, 12.3.2011.