Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Frar 2012 - Schneider España de Informática vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-153/10) 

["Unjoni doganali - Importazzjoni ta' apparat għar-riċezzjoni tat-televiżjoni bil-kulur immuntat fit-Turkija - Irkupru a posteriori ta' dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal nuqqas ta' dħul fil-kontijiet a posteriori u għal maħfra tad-dazji - Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/91 - Deċiżjoni ta' ċaħda tal-Kummissjoni - Annullament mill-qorti nazzjonali tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali li jordnaw id-dħul fil-kontijiet a posteriori tad-dazji - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Schneider España de Informática, SA (Torrejón de Ardoz, Spanja) (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COM (2010) 22 finali, tat-18 ta' Jannar 2010, li tikkonstata li d-dħul fil-kontijiet a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni huwa ġġustifikat u li ma huwiex iġġustifikat li dawn id-dazji jinħafru f'każ partikolari (Każ REM 02/08).

Dispożittiv

1)    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 148, 5.6.2010.