Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Jannar 2021 – Phoenix Contact GmbH & Co. KG vs HARTING Deutschland GmbH & Co. KG u Harting Electric GmbH & Co. KG

(Kawża C-44/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Phoenix Contact GmbH & Co. KG

Konvenuti: HARTING Deutschland GmbH & Co. KG, Harting Electric GmbH & Co. KG

Domanda preliminari

Huwa kompatibbli mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali 1 , li qrati reġjonali superjuri li għandhom ġurisdizzjoni fl-aħħar istanza fi proċeduri għal miżuri provviżorji, bħala prinċipju, jirrifjutaw li jagħtu miżuri provviżorji għall-ksur ta’ privattivi, fil-każ li l-privattiva inkwistjoni ma kinitx ikkonfermata wara proċedimenti ta’ oppożizzjoni jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fl-ewwel istanza?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.